Ara Meta Ser Tintwera L-Intervista Sħiħa Ta' Dale Dwar Hate Speech

Il-programm Awla ser ikun qed jirritorna minn nhar it-Tlieta li ġej, u minnufih sirna nafu b’wieħed mill-mistednin li ser inkunu qed naraw. Fil-fatt dan mhu ħadd ħlief Dale, minn Love Island Malta.

Dale ilbieraħ tkellem dwar l-ammont ta’ kliem ta’ tgħajjir, hate speech, li qara fuq il-midja soċjali. Kliem li kapaċi jkissru bniedem, iżda Dale, anke minħabba l-fatt li l-passt tiegħu ma kienx faċli minħabba bullying, ma  affetwatux daqstant illum il-ġurnata.

Semma wkoll li ser jitkellem f’intervista fuq it-televiżjoni. Il-programm t’Awla ħabbar dwar dan. “Bdejna bil-preparamenti u fost oħrajn kellna recording ma’ Dale għall-programm AWLA fuq hate speech.”

It-tim javża, “Narawkom nhar it-Tlieta 3 ta’ Ottubru fit-20.35. L-intervista ta’ Dale tidher fl-10 ta’ Ottubru fejn se nkunu qed niddiskutu l-hate speech. AWLA fuq ONE.”





Facebook/ Love Island Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI