Ara R-Riżultati Tal-Ewwel Fażi Ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. Min Intagħżel?

Għadha kif ingħalqet l-ewwel fażi ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, hekk kif intagħżlu l-ewwel 35 kanzunetta mill-148 sottomissjoni.

Is-sit elettroniku ta’ Mużika Mużika żvela li “dawn il-kanzunetti ntagħżlu wara deliberazzjoni minn ġurija esperta fil-qasam tal-mużika u l-għadd tal-voti sar fil-preżenza ta’ nutar mill-uffiċju tan-Nutara tal-Gvern.”





Lista tal-kanzunetti li għaddew mill-ewwel fażi, f’ordni alfabetika, hija din:



  • Aħna t-Tnejn
  • Binti
  • Duħħan
  • Fjamma
  • Għada jisbaħ ukoll
  • Għajjejt inhobb
  • Għal dan il-lejl
  • Għażiż
  • Ħajti ngħix għalik
  • Ħarsa Biss
  • Ħudni Lura
  • Id f’Id
  • Ieqaf ftit
  • Il-kitarra u jien
  • Int biss
  • Jaħasra tgħidulniex
  • Jien mill-ġdid
  • Kelma bejn tnejn
  • Kompli tbissem
  • Kontra r-Riħ
  • L-ewwel Jien
  • Lil Binti
  • Memorji
  • Miegħek biss
  • Min Jaf?
  • Muftieħ
  • Naħseb Fik
  • Sinfonija ħiemda
  • Ta’ Ftit Kliem
  • Tbissimli
  • Teżor
  • Tista’
  • Vizzju
  • Wara x -xita
  • Warajk

Fil-fażi li jmiss, il-35 kanzunetta magħżula se jiġu interpretati live mill-artisti akkumpanjati minn backing track quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel sessjoni. F’din il-fażi se jintagħżlu l-20 kanzunetta semi-finalista tal-festival li ser jittella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2021 ġewwa l-MFCC Ta’ Qali.

Il-Bord irringrazzja lil kull min applika u wera interess f’dan il-festival.

Facebook/Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI