Ħasda Kbir Għall-Pazjenti u Ħaddiema Fl-Isptar Wara Li Lemħu Katavri Fil-Kuridur

Fuq is-sit Times of Malta ġie rrappurtat li pazjenti u ħaddiema fl-Isptar Mater Dei l-ġimgħa li għaddiet kienu xxukkjati meta sabu katavri mgeżwra f’boroż għall-iġsma wara xulxin kuritur taħt l-art. Il-boroż tal-iġsma tqiegħdu temporanjament fil-kuritur, f’Livell -2, sakemm ġew trasferiti fil-kamra mortwarja.

Dan ġara minħabba li lift li jgħaqqad is-swali tal-isptar ma’ mina li tgħaddi bejn l-isptar u l-kamra mortwarja mhux jaħdem. Il-mina, fil-Livell -3, hija aċċessibbli biss permezz ta’ dan il-lift. Il-katavri tpoġġew fil-kuritur sakemm inġabru u ttieħdu l-kamra mortwarja b’ambulanza.

Jingħad li x-xogħol fuq il-lift għall-kamra mortwarja kien “prattikament lest” skont is-sit Times of Malta u għandu jerġa’ jibda jopera din il-ġimgħa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI