Illum tiċċelebra għeluq sninha Loreta, omm il-kantanta Priscilla Psaila. F’dan il-jum Priscilla taqsam ritratt magħha u tiktbilha messaġġ qasir biex tawguralha fuq il-mezzi soċjali.
Hi tiktbilha, “Awguri f’għeluq sninha lill-mara li hija l-qalb u r-ruħ tal-familja tagħna. L-imħabba tiegħek hija d-dawl li jdawwal il-ġranet l-aktar mudlama tagħna. Nawguralek ġurnata speċjali daqsek, omm. Inħobbok.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Loreta l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimlija saħħan, mħabba u paċi.
Awguri Loreta!
Facebook / Priscilla Psaila