Illejla Ser Iħallu L-Villa Ta’ Love Island Żewġ Parteċipanti!

Il-paġna ta’ Love Island Malta għadha kif ħarġet filmat tal-ewwel ħarsa għall-episodju tal-lejla. Ser ikollna iktar drama, u żewġ parteċipanti se jħallu l-villa llejla stess.

Neil jidher jgħid lil xi ħadd, li ma jixtieqx jaqta’ kollox li hemm bejniethom. Tgħid qed jgħid lil Amy? Min-naħa l-oħra, Melina tidher tgħid lil Zack li kienet tħoss xi ħaġa għalih.

Tidħol fil-villa l-preżentatriċi Giselle, b’libsa l-ġmiel tagħha, u magħha ġġib aħbar ta’ diżappunt għall-parteċipanti kollha. Tnejn minnhom ser ikunu qed jitilqu mill-villa llejla stess.

Min taħsbu li ser ikun qed iħalli l-villa? Inkunu nafu dan u aktar illejla fid-disgħa u kwart. Se ssegwu intom?







Ritratti:

Facebook / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI