Għaddew tlett snin mill-mewt tal-attur veteran Frank Tanti li minbarra d-diversi produzzjonijiet li ħa sehem fihom fuq il-palk, rajnih ukoll fit-televixin lokali f'sensiliet bħal Nostalġija kif ukoll Ingroppi, u saħansitra f'films lokali bħal Luzzu.
Sfortunatament, Tanti kien ħalla din id-dinja lura fid-19 t'April tal-2022 fl-età ta' 72 sena. L-aħbar kienet intlaqgħet b'sogħba minn għadd ta' atturi u diretturi li kellhom l-opportunità jaħdmu miegħu.
Strieħ fis-sliem, Frank!
Sors: RIP.com.mt / Frank Tanti
Ritratti: Facebook / Nostalġija u Frank Tanti