Bil-Filmat: Dawn L-Aħwa Qisu Għaqdu L-Band Tagħhom Minn Ċkunithom!

Fuq TikTok diversi filmati jispiċċaw jisirqu x-xena tal-pjattaforma, hekk kif iħallu impatt qawwi. Dan reġa’ ġara ftit ilu hekk kif ittella’ filmat ħelu immens ta’ żewġ subien aħwa li mid-dehra qishom diġà ffurmaw il-band mużikali tagħhom.

B’ton umoristiku qal dan l-utent li tella’ l-filmat, fejn jidhru jdoqqu, bħal qisu qed jagħmlu xi prova ta’ xi kanzunetta minn tagħhom ġol-garaxx. Il-filamt rawh aktar minn 415,000 ruħ, u bosta rreaġixxew għal dan. Fil-kummenti hemm min qal li qed iħoss li għad ikunu mużiċisti passjonati u ta’ stoffa, u jiksbu s-suċċessi.

Ara dan il-filmat tant ħelu u ħallieh iġiblek burdata tajba!  

@dizeimage How they start. #band #musicians #babies #fyp @Rickenbacker4001 ♬ original sound – Trina Slade-Burks







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI