Bil-Filmat: Geneve B’Kanzunetta Fuq Il-Covid-19 Waqt MGT B’Dedika Lin-Nanna Li Ħallietna

Għad għandha biss 10 snin, tkanta, ddoq il-kitarra u tikteb il-kanzunetti tagħha! Geneve għas-semi finali tagħżel li tkanta kanzunetta oriġinali! Kanzunetta fuq il-pandemija biex tgħaddi messaġġ u tiddedika l-kanzunetta lin-nanna tagħha li ħallietna ftit ilu.





Il-lirika kienet waħda impressjonanti u għal darboħra Geneve urietna x’kapaċi tagħmel bl-istil uniku tagħha tar-Rock. “Ikolli nistqarr ngħid li meta rajt Mhux ċert jekk dil-prestazzjoni kinitx biżżejjed biex tgħaddi għall-finali!” jgħid Howard. “Tinsa li għandek għaxar snin, jien narak waħda adulta” jgħidilha Ray. “Minn rock-chick għal rock-star fuq biċċa palk bħal dak! Vera brava” tgħidilna Sarah! “Iżżommx lura milli tagħtina dak ir-rock li għandhek ġo fik” tgħidilna Maxine.

“Spirajt ruħi mill-COVID u xtaqt ngħaddi messaġġ li ħa ngħaddu minnha din! Naf li ser ngħaddu minnha!” tistqarr Geneve.

Tista’ tivvota għal Geneve Dimech fuq 5061 4402 billi tibgħat SMS vojt. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI