Bil-Filmat: "In-Nies Vera Maħmuġin" – L-Attur Xandru Mallia Jesprimi d-Diżappunt Tiegħu

L-attur Xandru Mallia li huwa magħruf ferm għas-sehem tiegħu f’bosta produzzjonijiet lokali fosthom Deċeduti kif ukoll L-Evanġelisti għadda appell ferm importanti permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook.

F’filmat imqanqal huwa wera l-istat prekarju li jinsab fih il-park ta’ Ħal Qormi li qiegħed iwassal sabiex bosta familji jiġu mxekkla milli jgħaddu ftit mumenti ta’ mistrieħ. 

“Intom ma tħallux dan l-imbarazz warajkom fejn persuni oħra jridu jieħdu pjaċir,” sostna Xandru Mallia.

Huwa tenna mill-ġdid l-appell tiegħu sabiex jinstabu dawk kollha li qiegħdin jabbużaw, anke bis-saħħa tal-kameras li hemm mal-madwar, ħalli jitwaqqaf dan l-abbuż mill-aktar fis possibbli.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI