Bil-Filmat: “Jekk Ilu 20 Sena Mejjet Qatt Ma Rqadt U Ma Bkejtx Bikja" – Josephine Mallia

Kważi f’kull intervista, Josephin issemmi lit-tifel għażiż tagħha, Brian. kieku għadu magħna kien jagħlaq 45 sena. Josephine lil Ryan ta’ Sibtek tgħidlu li ma tgħaddix ġurnata li ma tirqodx tibki bil-lejl għax taħseb f’binha.

“Lanqas laħaq għalaq l-20 sena” tgħid Josephine b’għajnejha imdawrin bi dmugħ. “Ma nawgura ebda omm jew missier, li jidfen lil uliedu. Kont inħossni qiegħda fuq il-muntanja Evarest, u kif wasalna hemm fuq jien u hu żelaqli” tirrakonta Josephine.

Lejl minnhom Josephine tħoss il-preżenza tat-tifel tagħha, “Darba minnhom ġie, konna reqdin, nisma’ l-papoċċ tiegħu! Kif qiegħda bilqiegħda nħoss is-saqqu jinżel”. Josephine tibda tross għajnejha għax taf li t-tifel tagħha kien mejjet, iżda Brian lil ommu jgħidilha, “Mà, l-plattina li tani l-Mulej jien aċċetajtha”. 

Segwi l-intervista sħiħa hawn:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI