L-ewwel audition għal-lejla ċertament li hi prestazzjoni li ma setgħux jinsew il-ġurija waqt X Factor Malta! Apparti l-interpretazzjoni eċċellenti li ta Dean Barton, ħareġ ikanta miegħu ibnu wkoll! Dean u ibnu għażlu l-famuża Dance Monkey!
Dean jirċievi erba’ IVA bla ebda problemi! Ninsabu ċerti li t-tifel ukoll kien jirċievi erba’ IVA llejla! Min għoġobkom l-iktar?
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.