Bil-Filmat: L-Għarajjes Illejla Ikantaw Ta’ Frozen u kienu “AMAZING”

L-Għarajjes Ike u Kaya irnexxielu jagħtu wirja memorabbli oħra illejla waqt Malta’s Got Talent. Din id-darba għażlu li jagħmlu ‘Let it Go’ ta’ Frozen. Ray faħħar l-għażla tal-kanzunetta tagħhom, “Vera għoġobtuni, minkejja li tagħżlu kanzunetta tat-tfal għamiltu interpretazzjoni tal-kbar”.





Sarah qaltilhom “Intom il-lovebirds! Vera għoġbutni żammejtu mat-tema ta’ Disney u jien ser inkun minn tal-ewwel li nattendi kunċert minn tagħkom”. Maxine persważa li Malta kollha ser tivvutalhom illejla. Howard faħħar il-preżenża tagħhom fuq il-palk.

Tista’ tivvota għal Ike & Kaya fuq 5061 4410 billi tibgħat SMS vojt. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI