Ħin għall-maġija! Ilu minn mindu kellu 6 snin jaħdem fuq il-maġija. Morgan wara l-prestazjoni li għamel fl-auditions jerġa jissorprendi bil-kbir lill-ġurija. Morgan din id-darba għamel xi ħaġa differenti u maġika. Morgan iħalli f’idejn il-ġurija biex jagħżlu instrument mużikali. Morgan iwiegħed li jekk jgħaddi għandu xi ħaġa speċjali!
Fil-prestazzjoni Morgan għażel li jsellem lill-artisti kollha u jagħmel kuraġġ lil kulħadd. Morgan uriena li jaf idoqq il-kitarra, jaf jiċċajta u fuq kollox jaf jagħmel il-maġija!
Howard qal, “Din turi biċ-ċar li int ħdimt ħafna għaliha”
Maxine qalet, “Impressjonajtni! Ser nitgħallmu ismek bla dubbju!”
Sarah qalet, “Wara din kellna 2-in-1. Qas kont naf li int għandek talent bħal dan!”
u Ray qal, “Ta’ 15 int entertainer! Kunfidenti u jien naħseb li int tinsab f’postok!”
Nawguraw lil Morgan Mage!
Ibgħat SMS vojt fuq 50614409 għal Morgan Mage. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.