Bil-Filmat: “Riħ Forza 11, Xita, Silġ, Sajjetti U Ragħad” – Sitt Snin Ilu Ċiklun Ħalla Ħerba F’Malta

Bħal-lum sitt snin, fis-7 ta’ Novembru 2014, il-gżejjer Maltin kienu maħkuma minn ċiklun tal-Mediterran, imsejjaħ ‘tropic-like cyclone’. Dan kollu ġie żvelat fuq il-paġna tat-temp, ‘It-Temp Madwarna’.





“Dan iċ-ċiklun f’forma ta’ uragan żgħir, ġab miegħu rwiefen kbar, bl-akbar buffura li kienet qrib il-150 kilometru fis-siegħa, jew Forza 11, buffuri bix-xita qawwija u silġ, kif ukoll sajjetti u ragħad. Il-baħar kien ukoll imqalleb ferm b’burraxki li kinsu kulma sabu quddiemhom,” ġie miktub fuq il-paġna.

“Ir-riħ qawwi ħalla ħerba u tqaċċtu diversi friegħi kbar u siġar. F’xi nħawi tkejlu qrib is-70mm ta’ xita fi ftit sigħat, li hu qrib il-medja għax-xahar kollu ta’ Novembru. Il-maltemp, speċjalment ir-riħ, baqa’ sejjer sal-għada, b’veloċità kostanti ta’ Forza 9.”



Il-paġna spiċċat billi kitbet: “Dawn iċ-ċikluni tal-Mediterran m’humiex daqstant komuni minħabba t-topografija tar-reġjun.” Tiftakarha inti din il-ġrajja meteoroloġika?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI