Waqt intervista li kellha ma’ MT Lifestyle Eileen Montesin żvelat xi ħaġa li ħafna għadhom jsemmuhielha sal-lum il-ġurnata. Il-famuża “Ara Doris!” – isem li għajtet waqt li kienet qed tippreżenta l-Karnival fl-2006.
Fil-fatt Doris Pandolfino hi mara li Eileen tammira mmens u li hi persuna li ispirata ħafna. “Tħobbhom wisq u tadurahom lit-tfal tagħha!”Eileen tgħid li jimpressjonaha l-fatt li Doris tappoġġja lil uliedha f’kull għażla li jagħmlu f’ħajjithom.
Qabel ma saret omm, minn dejjem kienet tħoss li trid tkun ġenitur tajjeb bħalha. Aħna ninsabu ċerti li din l-ambizzjoni kienet suċċess għal Eileen għaliex fil-fatt hi l-omm ideali!