Bħal daż-żmien 11-il sena ilu l-Maltin u l-Għawdxin kollha kienu jkunu msammrin mat-televiżjoni biex jaraw min se jilgħab u x’se jirbaħ waqt Deal Or No Deal flimkien ma’ Pablo Micallef.
Min kien jintgħażel biex jilgħab kien ikollu siegħa sħiħa ta’ tensjoni u dilemma dwar x’jagħżel u ma jagħżilx. Għażla li jew tibagħtu d-dar b’xi ħmerija, jew inkella b’somma flus li ttellgħu s-sema.
F’dan l-episodju partikolari l-kontestanta kellha toqgħod attenta x’qed joffrilha l-bankier u tiddeċiedi taċċettax. Dakinhar setgħet tispiċċa biss jew bil-bra, b’somma ta’ €2,000 jew €5,000.
Ġeddu l-memorji, aqtgħu l-kurżità u araw x’kien ġara eżatt!
https://www.dealornodealonline.com/deal-or-no-deal-malta