Martina ta’ Gadgets, marret fid-dar ta’ Valentina Rossi apposta sabiex tuża t-toilet tagħha! Imma x’għandu speċjali dan l-imbierk toilet? Dan hu l-baby ta’ Valentina, toilet li jifrankalha milli tuża toilet paper!
Dan il-famuż toilet xħin tlesti l-bżonnijiet tiegħek jispara l-ilma bis-saħħa ta’ remote biex jimsaħlek il-warrani. Trid tara wiċċ Martina kif għamel xħin Valentina bdiet turieha kif tużah! Filmat ħelu ta’ Gadgets.
Gadgets issa qed jixxandar kull ta’ Tnejn filgħaxija fid-9:00pm fuq TVM