Covid-19: “Għaddejt Minn Infern… Dak Li Kien Fis-Sodda Ħdejja Miet”

F’intervista ma’ iNews Malta, raġel bl-isem ta’ Graziano Ostuni tkellem dwar l-esperjenza ħarxa tiegħu tal-Covid-19, hekk kif spiċċa jittieħed l-isptar għall-kura.

“Ma tistennihiex. Meta tibda tisma’ b’oħrajn li qed ikunu infettati jew li qed jiżdiedu l-każijiet inti tibda tgħid u taħseb li lilek mhux se taqbdek. Imbagħad tiġi u jaqa’ kollox,” beda hu.

“Għal ġimagħtejn sħaħ, il-pnewmonja mill-Covid19 laqtitni b’mod qawwi ħafna. Spiċċajt l-isptar. Domt hemm għal diversi jiem u issa finalment fl-aħħar qiegħed id-dar. Għaddejt minn infern. Il-pazjenti morda bdew deħlin u ma jaqtgħu xejn. It-tobba u l-infermieri għaddejjin straxxnati. Ma jiqfux. Esperjenzjat li din hi gwerra li huma qed jiġġieldu. Dan jagħmluh b’umanità u dedikazzjoni”.





“Nibqa’ niftakar kif bil-lejl, dak li kien fis-sodda li tiġi eżatt ħdejja miet. Telaq quddiemi.  Dak il-ħin tabiba mara poġġiet bilqiegħda fuq is-sodda. Żammitli idi.  Jien infqajt nibki.  Hi skużat ruħha li kelli nara dan.”

Graziano, li hu minn Milan, spiċċa billi qal: “Illum ninsab id-dar u qed nirkupra bil-mod il-mod. Qed naqra u nara dak li qed jiġri hemm barra. In-nies fit-toroq, Id-dibattiti. Qed nara u nisma lil dawk li qed jiċħdu li dan il-virus jeżisti. Qed nara il-protesti li qed isiru fit-toroq. Qed nara u nisma’ lil dawk li mhux qed jifhmu l-weġgħat li kapaċi joħloq dan il-virus. Dan iweġgħek ferm u ferm iżjed.”

Facebook/Mario Tabone-Vassallo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI