"Dak Il-Ħin B'Dawk L-Idejn Taz-Zokkor U Ftit Kliem Ħelu Tagħkom Naqqastuli L-Uġigħ Bin-Nofs"

L-apprezzament sabiħ dejjem iżda isbaħ meta dak li jkun jurih. Pazjenta li lbieraħ filgħodu sabet ruħha ta’ bla ħsieb ġewwa l-Health Centre tal-Floriana ħalliet post mill-qalb fuq il-grupp Are You Being Served? biex tirringrazzja żewġ anġli li sabet jgħinuha wara li kellha inċident id-dar tagħha.

Hi kitbet, “Kelli inċident żgħir waqa’ l-misħun jagħli mill-boiler fuqi… minn qalbi nixtieq ngħid grazzi kbira lill-istaff tal-Floriana Health Centre. Speċjalment lil żewġ nurses li daru bija, għamlu minn kollox biex itaffuli l-uġigħ għax vera kont muġugħa u l-ħruq li kelli kien insapportabbli. Dak il-ħin b’dawk l-idejn taz-zokkor u ftit kliem ħelu tagħkom, naqqastuli l-uġigħ bin-nofs. Grazzi mmens.”

Kultant ma napprezzawx ix-xogħol siewi li qed jagħmlu l-infermiera u t-tobba tagħna. Kultant bħal donnu ninsew li jkun hemm inċidenti oħra li jsiru, li hemm mard ieħor għaddej u ma’ dan kollu, il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa qed jiġġieldu wkoll pandemija. Għandna tassew inkunu grati għall-infermiera, tobba u nies fil-qasam tas-saħħa li ta’ kuljum qed jagħmlu tant u tant ġid.

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nuru apprezzament lil dawn iż-żewġ infermiera li spiċċaw jgħinu lil din il-pazjenta u lill-infermiera u tobba oħrajn li qed jagmlu tant u tant xogħol ta’ kuljum.

Facebook / Primary Care Centre







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI