“Dak Ma Jista’ Joħodulna Ħadd, Lanqas Il-Pandemija” – Claudia Faniello Lill-Istudenti Universitarji

Bħal-lum sena l-kantanta Claudia Faniello gradwat mill-Universita ta’ Malta b’diploma fil-Facilitating Inclusive Education. Peress li sfortunatament din is-sena ma seħħewx ċerimonji tal-gradwazzjoni minħabba l-pandemija, Claudia kellha xi tgħid lil dawk l-istudenti.





“Dis-sena għal ħafna studenti, fosthom sħabi ma kinitx l-istess. Pero ngħidilkom li l-assenza ta’ ċerimonja mhix ħa tneħħi l-valur tax-xogħol u s-sagrifiċċji li għamiltu għal dak l-imbierek ċertifikat,” bdiet hi.

“Tinsewx li l-ħajja studenteska, tiġi fejn tiġi fil-fażi ta’ ħajjitna, tkabbarna mhux biss fl-għarfien akkademiku iżda ħolistikament. U dak ma jista’ joħodulna ħadd, lanqas il-pandemija.”



“Nicċelebrakom u nawguralkom li wasaltu s’hawn akkost ta’ kollox u affaccjajtu din is-sena bl-aħjar mod possibbli. U għal dawk li ma waslux sat-tragward issa, taqtgħux qalbkom, ħallu din l-esperjenza tkun għaġna sabiex taslu fejn tixtiequ. Mhux kulħadd jieħu l-istess triq, fl-istess żmien u għalhekk id-diversità tan-nies u tal-ħajja hija sabiħa. Kuraġġ.”

Facebook/Claudia Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI