“L-Apprezzament Lejn L-Anzjani Ma Jistax Jibqa’ Limitat Għal Ġurnata Waħda Fis-Sena” – Kunsill Lokali Ħal Qormi

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi fakkar il-Jum Dinji tal-Anzjani u kiteb dwar il-fatt li għandna niżguraw li l-anzjani kuljum ikunu kapaċu jgawdu d-dinja ta’ madwarhom.

Spjegaw, “Illum il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru qed jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Anzjani. Hija okkażjoni sabiħa biex nagħtu ġieħ lill-ġenerazzjoni li ħadmet, rabbiet familji, tat sehemha fil-komunità u għadha għandha ħafna x’toffri lill-pajjiż. Iżda l-apprezzament lejn l-anzjani ma jistax jibqa’ limitat għal ġurnata waħda fis-sena. Jekk tassew nemmnu fl-anzjanità attiva, irridu niżguraw li l-anzjani jkollhom il-possibbiltà reali li jibqgħu jagħmlu parti mill-ħajja soċjali, kulturali u komunitarja tagħna tul is-sena kollha.”

Żiedu jgħidu, “F’dan il-Jum Dinji tal-Anzjani, għalhekk, nappella biex ma niftakrux fl-anzjani biss bil-kliem. Ejjew nisimgħu l-esperjenzi tagħhom, ninkluduhom fid-deċiżjonijiet u nneħħu l-ostakli li għadhom jagħlqu bibien quddiemhom. Għax anzjanità attiva ma tfissirx biss li ngħidu lill-anzjani “ejjew”. Tfisser li niżguraw li jistgħu tassew jaslu, jidħlu, jipparteċipaw u jgawdu—b’dinjità. Is-Sindku, il-kunsilliera u l-staff kollu tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, jawgura ġurnata mill-isbaħ lir-residenti anzjani f’Ħal Qormi.”

Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali Ħal Qormi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI