DAN, Kantant U Kantawtur Lokali, Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu!

DAN, kantant u kantawtur lokali, qed jiċċelebra għeluq sninu llum hekk kif jagħlaq 34 sena u biex jikkommemora dan il-jum ippubblika ritratt artistiku ta’ Lorella Castillo, li jispjega storja u jagħti tagħlima. Hu semmieh ‘Comitato del Cervello’ u kiteb ukoll li fir-ritratt qed iseħħ ir-34 laqgħa ġenerali annwali għal jum għeluq sninu.

Biex jiddeskrivi r-ritratt hu kiteb, “Direttur Artistiku – jesiġi għal ħajja aktar ikkulurita. Il-Perit – jilmenta li waqajna lura fil-miri tal-ħajja. CEO – jipprova jżomm kalm u juri li jaf x’qed jagħmel. Il-Kantant – jinsisti għal aktar attenzjoni u applawsi. Il-Voluntier – jilmenta li l-ġbir dejjem jonqos.”

Hu spjega li ħa dan ir-ritratt għaliex xtaq li f’għeluq sninu din is-sena jiċċelebra dak kollu li rnexxielu jagħmel sa issa f’ħajtu.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata tassew speċjalli. Nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ u li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu! Xewqat sbieħ!

View this post on Instagram

A post shared by DAN (@muscdan)

Instagram / @muscdan







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI