Illejla kien l-aħħar programm tal-Auditions u l-Ġurija żvelaw min ser jagħmilha għas-Semi-Finali!
Għaddew mill-ewwel il-ħames Golden Buzzers.
- Il-Golden Buzzer ta’ Maxine Aquilina li kienet il-kantanta Emma bid-daqq tagħa fuq il-pjanu.
- Il-Golden Buzzer ta’ Gordon Bonello li kienu Jomike u ċ-ċkejken Lydon bl-għana tagħhom.
- Kien hemm Kristian bil-ġeografija u l-memorja brillanti tiegħu, golden buzzer ta’ Ray Attard.
- Il-Golden Buzzer ta’ Howard Keith, li kienu ż-żeffiena The Movement biż-żifna tagħhom bil-maskri.
- L-aħħar u mhux linqas il-kantanta Nicole li mpressjonat lil Sarah Zerafa tant li għafset il-golden buzzer tagħha.

Għaddew ukoll:
Bruce dak li għamel l-ilħna differenti. Għadda wkoll Chris Tanti li kien daqq bil-kitarra u ħalla l-ġurija b’għatx għal aktar. Għaddiet iż-żeffiena Spanjola, Claudia li tat wirja ta’ Spanjola li hi!
Denika bil-kitarra u l-leħen meludjuż tagħha għaddiet għas-semi finali. L-Għarajjes żgħar Ike u Kaya ser narawhom fil-fażi li jmiss. Hemm ukoll Geneve bil-kitarra, u l-kantant Jan bil-vuċi spettakolari tiegħu li ser narawh fis-semi finali.
Inefable, Kinetic, South Ville u Yada ser narawhom jikkompetu wkoll fil-fażi li jmiss. Żfin intgħażlu wkoll Sy u Isiah, iċ-ċkejknin b’personalità liema bħala u l-pupa tal-plastik, Ria li ħalliet ħafna impressjonati! Il-Kapxi għamilha għas-semi finali u anke Mario Morales! Ix-xuffiera impressjonanti Team Maximum Lock ser naraw aktar minn għandhom ukoll!
Justin bil-prestazzjoni bin-nar, Kian bil-pupazzi u l-pole dancer Marissa ser ikunu fil-fażi li jmiss. Għadda wkoll il-Lapes bil-prestazzjoni Maltija u tal-ġenn! Ser naraw żewġ illużjonisti, lil Michael Mock u Morgan fis-Semi Finali. Għadda Matthias, il-professjonist miċ-ċirklu u l-kantanti Andrea u Michael. Fl-aħħar nett il-kantanta bravissima Yulan Law ukoll għaddiet għas-semi-finali.
Malta’s Got Talent impressjona lil kulħadd bit-talenti straordinarji li sabu f’Malta u ħerqanin biex naraw il-programmi ta’ Semi Finali biex b’hekk inkunu nafu min hu r-rebbieħ ta’ din is-sensiela.