Is-sidien ta’ Topshop, Burton u Dorothy Perkins Arcadia daħlu jinsabu viċini li jfallu u dan ifisser li hemm 13,000 impjieg f’riskju. Il-ħwienet Debenhams aktar ħa jkollhom jagħlqu wara l-falliment tal-aħħar sforzi biex isalvaw il-katina tal-ħwienet li jinsabu f’diffikultà.
Dan ifisser li t-12,000 impjegat kollha x’aktarx jitilfu l-impjieg tagħhom meta l-124 ħanut tal-katina jingħalqu. L-aħbar tasal ftit sigħat wara li s-sid tat-Topshop Arcadia għaddej b’negozjati għax miexi fl-istess triq, u b’hekk poġġa 13,000 impjieg f’riskju.
Debenhams innifsu kien ilu bil-problemi minn April. It-tamiet ta’ salvataġġ twaqqfu hesrem wara li l-aħħar persuna li kien imħajjar jidħol għas-salvataġġ ta’ din id-ditta, JD Sports, irtira.