B’diqa kbira ġie mħabbar li l-Beltija maħbuba Ċensina Tonna ftit tas-siegħat ilu marret għall-ħajja ta’ dejjem.
Ray Azzopardi żvela li Ċensina kienet: “Mara sempliċi, b’karattru ferrieħi u dejjem żammet il-familja fuq quddiem. San Duminku kien prijorità u dejjem għaddeja . Sellilna għall-Beltin li telqu qablek Ċens.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Ċensina, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tagħha. Strieħ fis-Sliem għażiża.
Facebook/Ray Azzopardi