Din Il-Mara Qed Tfittex Lil Ommha Tat-Twelid – Irlandiża Tgħix U Miżżewġa F'Malta!

Fuq il-profil tagħha, Lillian Chetcuti Riolo qasmet ritratt ta’ tfajla li qiegħda tfittex lil ommha naturali tagħha. Jidher li ommha naturali u ommha addottiva kellhom kuntatt flimkien iżda matul iż-żmien dan il-kuntatt għal xi raġuni jew oħra kien intilef.

Hi qiegħda tfittex lil ommha li jisimha Anne Farrell. Ommha hija Irlandiża li ġiet tgħix Malta fl-1968. Minn dak li tgħid din it-tfajla fl-istess post, jidher li ommha kienet iżżewġet raġel Malti u kellhom tifel li semmewh David.

Hi tistqarr, “Ninsab iddisprata biex insibha. Qed nittama li xi ħadd jgħini nsibha.” Dawk li jista’ jkun għandhom xi tip ta’ informazzjoni tistgħu tagħmlu kuntatt ma’ din it-tfajla billi tidħlu HAWN.





Facebook / Anne Claire



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI