Eliza Psaila Tirbaħ L-Ewwel Post F’Kompetizzjoni Tal-Kant F’Sofia L-Bulgarija

Ta’ erba’ snin biss, iċ-ċkejkna Eliza Psaila diġà qed tagħmel il-passi tagħha fid-dinja tal-kant u saħansitra kisbet suċċess mill-isbaħ f’kompetizzjoni internazzjonali. Eliza dan l-aħħar ħadet sehem fis-Sofia Grand Prix, kompetizzjoni tal-kant li fiha kellha l-opportunità turi t-talent tagħha minkejja l-età tant żgħira tagħha. Il-parteċipazzjoni tagħha kienet waħda memorabbli hekk kif irnexxielha tikseb l-ewwel post fil-kategorija tagħha.

Għal Eliza, li għandha biss erba’ snin, din kienet esperjenza tassew speċjali u eċċitanti, filwaqt li għall-familja tagħha kienet okkażjoni ta’ kburija kbira li jaraw il-passjoni tagħha għall-kant tiġi rikonoxxuta minn età daqshekk bikrija. Il-familja ta’ Eliza qasmet magħna dan il-mument sabiħ.

Prosit kbira lil Eliza għal dan ir-riżultat mill-isbaħ! Nawgurawlha li din tkun biss l-ewwel waħda minn ħafna esperjenzi sbieħ fil-mużika.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI