“F’Dan Iż-Żmien Din Il-Persuna Trid Kuraġġ U Mhux Insulti” – Gilbert Camilleri (Il-Bibi) Joffri L-Appoġġ Lil Miriana Conte

Il-mużiċist Gilbert Camilleri (Il-Bibi) kiteb paragrafu fuq il-paġna tiegħu biex jesprimi s-solidarjetà ma’ Miriana Conte li bħalissa qed taffaċċja ċertu sfidi biex il-kanzunetta ‘Kant’ tiġi aċċettata mill-Eurovision Song Contest.

Hu spjega, “Nixtieq nuri solidarjetà u bħala mużiċist nagħti kuraġġ u appoġġ lil waħda mill-iktar artisti bravissimi li għandna f’pajjiżna u anke għandi pjaċir naħdem magħha… Kantanta b’talent versatili. Min-naħa l-oħra ninsab disgustat immens bil-kummenti kattivi u l-ħdura li tara ġejja minn ċertu nies, li anke saħansitra persuna tiġi attakkata personalment. Dan mhuwiex aċċettabli l-aħwa. F’dan iż-żmien din il-persuna trid kuraġġ u mhux insulti.”

Hu kompla jikteb, “Uru daqxejn sens ta’ maturità u solidarjetà lejn din iż-żagħżugħa li tant tagħti qalbha għal dan il-qasam.”

Hu temm kliemu billi offra l-kuraġġ lil Miriana Conte biex f’Mejju tagħti risposta sabiħa lil kulħadd.





Facebook / Gilbert Bibi Camilleri u Miriana Conte



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI