Lil Daphne ħafna jafuha bħala l-ġurnalista ta’ TVM, il-ġurnalista li dejjem bil-vuċi partikolari tagħha tiġbidlek l-attenzjoni bla ma trid. Riċentament fuq Family Affair, il-programm ta’ Eileen Montesin u Christine Haber kien mistieden missier Daphne.
Missier Daphne mhux ħadd ħlief Tony Cassar Darien, wieħed mill-veterani tal-palk Malti. Forsi ftit jafu l-fatt li Daphne tiġi t-tifla tiegħu. Jidher li Daphne dejjem kienet esposta għall-midja għax barra li missierha kien midħla fil-qasam teatrali ommha wkoll kienet attiva f’xena partikolari oħra.
Omm Daphne infatti kienet ġurnalista ma’ gazzetta prominenti lokali meta Daphne kienet żgħira. Jidher li Daphne mxiet fuq il-passi ta’ ommha u daħlet fl-istess xena. Tajjeb li ngħidu li sa żmien ilu, ma kinitx faċli li ssib nisa f’din ix-xena, illum nistgħu ngħidu li storja kemxejn differenti.
Insomma f’dan il-feature li ħadmet fuqu Eileen Monstesin ħa ssiru taf ftit mill-ħafna affarijiet li ħadem fuqhom missier Daphne tul il-karriera tiegħu u tgħixu mument spettakolari mill-passat!