Ferħ Fil-Komunità Rabtija Hekk Kif Tabib Rabti Joħroġ Mill-Isptar

Dr. Joe Ferriggi huwa tabib mir-Rabat li huwa maħbub ħafna. Dan l-aħħar kien daħal l-isptar wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Iżda b’aħbar tajba, Dr. Ferriggi ħareġ mill-isptar u issa saħħtu tinsab ħafna aħjar! Fuq il-midja soċjali, jidher li kien hemm ferħ kbir mill-komunità Rabtija hekk kif bosta kummenti awgurawlu.



Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nifirħu lil Dr. Ferriggi talli għeleb din il-battalja u nawgurawlu saħħa tajba!

Facebook/Malta, News, Photos and People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI