“Fl-Opinjoni Tiegħi… L-Aħjar Lirika Li Ktibt S’issa. Grazzi Ħbieb Tas-Sapport Kontinwu” – Il-Hooli

Ilbieraħ il-Hooli ħareġ kanzunetta ġdida bl-isem ta' FATUM. Kanzunetta li titkellem dwar sitwazzjoni li tista' tgħid ġrat mhux l-ewwel darba f'Malta. Il-kanzunetta titkellem dwar każ ta' tqala ta' żewġ għarajjes li jispiċċaw jiżżewġu fuq insistenza ta' missier l-għarus u minn hemm tiżviluppa l-ġrajja tagħhom u ta' binthom.

Kultant id-deċiżjonijiet ta' ħajjitna jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq dawk ta' madwarna u din il-kanzunetta hija xhieda ta' dan. Deċiżjoni li ttieħdet waslet għal ħerba sħiħa f'din il-familja. Il-Hooli jgħid li din hi l-aħjar lirika li qatt kiteb. Aħna nistiednu lilkom biex tisimgħu din il-kanzunetta u tiddeċiedu jekk hiex l-aħjar lirika tal-Hooli.



Il-kanzunetta fiha wkoll rakkont, rakkont minn Carlo Borg Bonaci li jgħin lil dak li jkun jidħol aktar fit-tema tal-istorja!

Facebook / Hooli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI