Il-paġna Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin qasmet messaġġ ta’ omm li tassew tidher li għandha bżonn l-għajnuna. Kif wieħed jista’ jara HAWN din l-omm qed titlob l-għajnuna għal affarijiet bażiċi ta’ kuljum.
Hi tistqarr, “Għandi bżonn naqra għajnuna jekk jogħġobkom u nixtieq nibqa’ anonima għax ċertu nies għandom ilsienhom vera tal-biża’ u jiġġudikaw mingħajr ma jaraw il-persuna minn xiex tkun għaddejja…”

Ritratt: Facebook / Ommijiet Nghinu Lil Xulxin
Din l-omm tkompli tgħid, “Jien għandi 3 itfal u ili għaddejja b’separazzjoni ħa nagħlaq sentejn. L-ex raġel tiegħi kien isawwatni u kien kissirni fiżikalment u mentalment… kont naħdem u kelli nieqaf minħabba li kienet qabditni dipressjoni… social workers għandi u bħalissa vera qed insibhom ta appoġġ u anke ħa jippruvaw jgħinuni minħabba li la għandi biex nitma t-tfal u xejn għax jafu kemm ili għaddejja minn vjolenza domestika.”
Mill-qalb tgħid, “Ma rridx għajnuna ta’ flus għalkemm għandi tliet kirjiet b’lura, dawl b’lura eċċ… dejjem bil-fridge u l-friża vojta. It-tfal ħlief noodles u nuggets ma nagħtihomx għax la manteniment ma jagħtini u xejn… ma nafx forsi hawn xi ħadd għandu naqra ħwejjeġ tax-xitwa bħal tracksuits u piġami tat-tfal u xi naqra ikel vera napprezza ħafna. Grazzi bil-quddiem.”

Ritratt: Facebook / Ommijiet Nghinu Lil Xulxin
It-tfal ta’ din is-sinjura huma żewġt ibniet ta’ seba’ snin u ta’ 12-il sena u tifel ta’ sentejn. Min forsi jista’ jkun ta’ għajnuna jista’ jagħmel kuntatt mal-paġna Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin.