F’dawn iż-żminijiet tal-pandemija hi faċli mmens li nsibu ruħna f’mument diffiċli fejn mentalment u moralment naqgħu ħażin. Irid ikun il-kuraġġ tagħna nfusna u ta’ ħaddieħor li jżommna sodi.
Frank’ O Neill jidher li għaddha minn esperjenza diffiċli f’dawn il-mumenti ta’ biża u tenzjoni. Issa jinsab aħjar u ta’ dan kellu ħafna lil min jirringrazzja.
“Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li wrewni solidarjetà u sapport morali waqt l-esperjenza tal-Covid-19 li kelli.” Jidher li issa kollox sew u hu meħlus.
Nawgurawlu li qatt ma jerġa’ jgħaddi minn esperjenza simili. Kuntenti li tinsab aħjar Frank!