Għall-Ewwel Darba Naqbżu L-2000 Każ Attiv – 153 Każ Ġdid!

Malta rreġistrat 153 każ ġdid ta’ Covid-19, skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,296 test.

Il-post innota wkoll li “Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ: 15-il każ kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa qabel, 2 kienu kuntatti ta’ kollegi tax-xogħol pożittiv, 6 każijiet kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi oħra, 2 każijiet kienu minn laqgħat soċjali ma’ każijiet pożittivi oħra u 4 ġew importati.”

Il-gżejjer irreġistraw 89 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 5,274. In-numru ta’ każijiet attivi qabeż l-2,000 għall-ewwel darba, b’total ta’ 2,041 każ attiv bħalissa. Minn meta faqqgħet din il-pandemija, Malta rreġistrat 7,296 każ u wettqet 367,545 test.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI