Ilbieraħ kien ta’ xokk għal ħafna nies. Ilħaqna numru ta’ każijiet pożittivi li ma konniex ilħaqnieh qabel iżda fl-aħħar mill-aħħar kull każ li jinstab huwa allarmanti u nittamaw li jerġa’ jasal il-jum li ma nsibux aktar każijiet u pajjiżna jibda jfiq mill-Covid-19.
Kif wieħed jista’ jara skont il-profil tat-tabib Frank Portelli u anke l-paġna ta’ Gerald Fenech, illum mistennija li jkollna ħafna inqas każijiet pożittivi milli nstabu lbieraħ. In-numru ta’ każijiet pożittivi xorta waħda jinsab fuq il-mija iżda l-indikazzjonijiet huma li niżlu b’numru konsiderevoli.
Nittamaw li llum ikollna numru sabiħ ta’ fejqan għal dawk morda bil-Covid-19. Inżommu f’talbna lil dawk li qed jiġġieldu dan il-virus biex kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid!