"Għażiż Bniedem, Erġa' Sib Postok, Qabel Ikun Tard Wisq!" – Lynn Aquilina Dwar Kemm Nisimgħu B'Kontradizzjonijiet

Donnu mhux dejjem nirriflettu biżżejejd. Ma naħsbuxm ngħidu l-opinjoni tagħna jew inkella naraw kif ħa nġibu xi skuża bla wisq nagħtu kas. Lynn Aquilina, xeħtet riflessjoni proprju fuq dan kollu.

Hi kitbet, “Ma mmurx quddies minħabba l-Covid… Imma mbagħad noqgħod fil-kju l-airport biex insiefer. Ingerger bis-sħana u ma nindunax u ma nirrealizzax li l-klima qed tinbidel minħaba l-għażliet tiegħi.”

Lynn tkompli tgħid, “Jien favur il-ħajja… imma mbagħad naqbel li l-mara għandha dritt tagħmel abort għax ġisimha hu tagħha. X’ ironija hux?! Nemmnu li sirna Allat imma mbagħad nibżgħu meta nisimgħu bid-diżastri li qed iseħħu fid-dinja u ngħidu li wasalna fl-aħħar!”

Hi tagħlaq billi tgħid, “Għażiż bniedem, erġa’ sib postok, qabel ikun tard wisq!” Dan ma jistax ikun aktar veru! L-azzjonijiet tagħna huma ħafna aktar importanti minn kull kelma li nlissnu.





Facebook / Lynn Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI