Il-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun awgurat lil Fr. Christopher f’jum għeluq sninu, permezz ta’ messaġġ t’awgurju fuq il-paġna uffiċjali tagħha.
Fuq il-paġna kitbu, “Għeżież, minn qalbna nawguraw lil Fr. Christopher Farrugia, il-Gwardjan tal-Fraternita` tal-Franġiskani Villambrosa, f’għeluq sninu. Awguri Fr. Chris u nitolbu l-Mulej ibierkek u jkompli jħeġġeġ fik l-Ispirtu ta’ San Franġisk.”
Dan il-messaġġ irċieva numru kbir ta’ kummenti mingħand persuni lokali jawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali u jgħidulu li se jkunu qed jitolbu għalih.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’jum għeluq sninu. Nittamaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu u li jqatta’ din il-ġurnata mal-iktar għeżież tiegħu. Xewqat sbieħ!
Facebook / Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun