Il-Parroċċa San Lawrenz tal-Birgu qasmet messaġġ biex tappella lill-pubbliku jżommu fit-talb lil Dun Pawl Raggio.
"Inżommu lil Dun Pawl Raggio fit-talb tagħna. Mons. Pawl Raggio, eks arċipriet tal-parroċċa tagħna u iben denju tal-belt rebbieħa, bħalissa hu rikoverat fl-isptar Mater Dei, wara li lbieraħ kellu inċident quddiem id-dar tiegħu."
Tappella biex bħala komunità nitolbu għalih biex il-Mulej jieqaf miegħu ħalli jirkupra. "Wara kollox hu wieħed minna. Dun Pawl hu saċerdot sempliċi u umli, maħbub minn kulħadd."
Nittamaw li jaqleb għall-aħjar u jirkupra ma jdumx!