“Ninsab Kburi Mmens B’Binti Frederika Abela” – Il-Ministru Jo Etienne Abela

Il-Ministru għat-Turiżmu, Jo Etienne Abela, bi kburija kiteb fuq il-paġna uffiċjali tiegħu li bintu Frederika Abela għadha kif gradwat fil-Bioloġija.

Hu kiteb, “Ninsab kburi mmens b’binti Frederika Abela. Illum hi tiggradwa f’BSc fil-Bioloġija.”

Ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom flimkien, f’din il-ġurnata tant speċjali għalihom.

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi mingħand persuni jawgurawlha u jesprimu li jidher li x-xjenza qiegħda fil-familja.

Waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ġenitur hi li jara lil uliedu jwettqu l-ħolm tagħhom u jirċievu r-riżultati li tant ikun ħaqqhom wara dak l-istudju kollu.

Prosit kbira għażiża Frederika! Jum il-gradwazzjoni hi frott id-determinazzjoni tiegħek u għalhekk ninsabu kburin ferm bik!

Ritratt:

Facebook / Jo Etienne Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI