Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se ttella’ kunċert ċelebrattiv għal għan nobbli – #Maltin Biss 2.
Dan il-kunċert se jittella nhar is-Sibt, 28 ta’ Novembru, 2026, fit-20:00, fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta.
Mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Anthony Cassar, se jieħdu sehem fost oħrajn il-kantanti Mary Spiteri, Mike Spiteri, Claudia Faniello, Fabrizio Faniello, Janice Mangion, Kristy Spiteri, Mark Tonna, Nicole Hammett u David Joseph Sammut.
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa ta’ €15, b’risq Puttinu Cares. Bookings minn fuq is-sit elettroniku ShowsHappening.com
