“Wasalna Għad-Deċiżjoni Li Se Nkunu Qed Nagħlqu L-Bibien Tagħna Fl-Aħħar Tax-Xahar” – Emma’s Kitchen

Ir-restorant ‘Emma’s Kitchen’ se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Emma nnifisha kitbet, “Għadna kif iċċelebrajna għaxar snin miftuħin ftit ġimgħat ilu, u issa wasalna għad-deċiżjoni li se nkunu qed nagħlqu l-bibien tagħna fl-aħħar tax-xahar. ‘Emma’s’ kienet ħolma li rnexxielna nagħtuha l-ħajja, nieħdu ħsiebha u ngawduha għal dawn l-aħħar għaxar snin. Kien vjaġġ inkredibbli mimli nies tal-ġenn, memorji, u mumenti li se nżommu f’qalbna għal dejjem!”

Żiedet tgħid, “Issa wasal iż-żmien li naqilbu l-folja u nibdew kapitlu ġdid li se jagħtini ċ-ċans nirrilassa ftit, inqatta’ ftit iżjed ħin prezzjuż ma’ ommu u maż-żewġ subien tiegħi, biex ingawdi dawn il-mumenti żgħar li jtiru wisq malajr.”

Hi temmet kliemha billi rringrazzjat lill-klijenti, ħbieb, familja u kull min kien parti minn dan il-vjaġġ, u fakkritna dejjem nagħmlu dak li nħobbu.

Ninsabu qlubna maqsuma li se naraw dan il-ħanut jagħlaq, iżda nawguraw lil Emma għall-kapitlu li jmiss!

Ritratt:

Facebook / Emma’s Kitchen

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI