“J’Alla Dan Is-Suċċess Ikun Biss Pass F’Mixja Mimlija Aktar Opportunitajiet U Kisbiet Sbieħ. Katia” – Fondazzjoni Nazareth

Fondazzjoni Nazareth awguraw lill-kollega tagħhom Katia f’jum il-gradwazzjoni tagħha.

Huma kitbulha, “Għażiża Katia, illum niċċelebraw is-suċċess akkademiku tiegħek, iżda rridu wkoll niċċelebraw id-dedikazzjoni, l-impenn u l-passjoni lejn ir-residenti għeżież tagħna. Inti ta' valur kbir għat-tim tagħna, u aħna xxurtjati li għandna lilek, li tgħaqqad il-professjonalità ma' qalb mimlija mħabba, kura u kompassjoni lejn l-għeżież tagħna. J’Alla dan is-suċċess ikun biss pass f'mixja mimlija aktar opportunitajiet u kisbiet sbieħ. Katia, aħna tassew kburin bik!“

Kemm hi xi ħaġa sabiħa li tkun apprezzata fuq il-post tax-xogħol, kemm mill-kollegi u kif ukoll mill-pazjenti! Nawgurawlha f’din il-ġurnata speċjali u ninsabu ferħanin immens għaliha. Prosit Katia!

Ritratt:

Facebook / Fondazzjoni Nazareth

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI