“Infakkar Li L-Kliem Ta’ Mibegħda, Inkluż Dak Razzjali, Hu Reat Kriminali” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar qasmet messaġġ dwar dak li ġara fuq tal-linja riċentament meta tifel għadda kummenti razzisti lejn persuna oħra.

“Bonġu lil kulħadd. Persuna mhix inqas minn ħaddieħor minħabba l-kulur tal-ġilda, in-nazzjonalità jew il-post minn fejn ġejja. Kull bniedem jistħoqqlu d-dinjità u r-rispett. Ir-razziżmu ma jibdiex fit-toroq jew fuq tal-linja. Ħafna drabi jibda fid-djar, fil-kliem u fl-attitudnijiet li t-tfal jikbru bihom u fihom.

Jekk irridu soċjetà aħjar għada, irridu nibdew nedukaw lilna nfusna u lil uliedna llum. Għax it-tfal ma jitgħallmux biss minn dak li ngħidulhom, iżda fuq kollox minn dak li jarawna nagħmlu. Infakkar li l-kliem ta' mibegħda, inkluż dak razzjali, hu reat kriminali.”

Ritratt:

Rosianne Cutajar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI