Il-komunità mużikali Maltija tinsab f’sogħba kbira wara l-aħbar tal-mewt ta’ Esmeralda Galea Camilleri, mużiċista mimlija talent u ruħ sabiħa li ħalliet marka profonda fuq dawk kollha li kellhom il-privileġġ jaħdmu magħha jew jisimgħuha ddoqq.
Fost dawk li sellmulha b’messaġġ emozzjonanti kien hemm il-kantanta Maria Lewis, li qasmet il-weġgħa tagħha fuq il-midja soċjali. “Bilkemm insib il-kliem biex nikteb dan,” stqarret hi, waqt li fakkret kemm kienet onorata li tkanta flimkien ma’ Esmeralda f’diversi okkażjonijiet. Hija ddeskriviet lil Esmeralda bħala “ruħ sabiħa u mużiċista tassew b’don”, li permezz tal-pjanu u l-arpa tagħha messet il-qlub ta’ ħafna.
Esmeralda kienet magħrufa għall-ħila straordinarja tagħha fuq il-pjanu u l-arpa, żewġ strumenti li f’idejha kienu jsiru mezz ta’ espressjoni profonda u spiritwali. Il-mużika tagħha kienet tispikka għal sensittività u eleganza, u ħafna jfakkruha bħala artista dedikata li dejjem tat l-aħjar tagħha f’kull prestazzjoni.
It-telfa ta’ Esmeralda Galea Camilleri tħalli vojt kbir fix-xena mużikali u fil-qlub ta’ dawk kollha li kienu jafuha. Madankollu, il-wirt tagħha jibqa’ jgħix permezz tal-mużika li ħalliet warajha u l-memorji sbieħ li ħolqot tul ħajjitha.
Strieħ fil-paċi!
Facebook / Marthese Galea