Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-22 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-22 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fir-raba’ każ anzjana ta’ 80 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fil-ħames każ anzjana ta’ 91 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li għadda l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni b’hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna u nittamaw li ma nibqgħux nisimgħu b’aktar aħbarijiet ta’ diqa bħal dawn.
Facebook / Mater Dei