Harry u Meghan Mhux Se Jirritornaw Bħala Membri Ħaddiema Tal-Familja Rjali

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex mhux se jirritornaw bħala membri ħaddiema tal-Familja Rjali, qal il-Palazz ta’ Buckingham.

Ir-Reġina kkonfermat li l-koppja mhux se “tkompli bir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet li jiġu b’ħajja ta’servizz pubbliku”.





Fi stqarrija ntqal li l-Familja Rjali kienu “mnikkta bid-deċiżjoni tagħhom”. “Filwaqt li kollha huma mdejqin bid-deċiżjoni tagħhom, id-Duka u d-Dukessa jibqgħu membri tal-familja maħbuba ħafna.”

It-tħabbira ġiet ġranet wara li Meghan u Harry, li issa qed jgħixu California, żvelaw li qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom. 

Facebook/InStyle Germany



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI