Darrin Camilleri hu iben immigrant Malti li għadu kif ġie elett fil-Kamra tad-Deputati ta’ Michigan biex jirrappreżenta lid-distrett wara l-elezzjoni ta’ din il-ġimgħa. Hu ħa jkun qed jirrappreżenta d-distrett numru 23!
“Jien eċitati li nkompli l-ħidma tagħna biex nipproteġu l-edukazzjoni pubblika, niġġieldu għall-familji li jaħdmu, u fl-aħħar insolvu wħud mill-problemi tal-ferrovija tagħna. Irrid nirringrazzja lil kull persuna li emmnet fina matul din il-kampanja – ma stajtx nagħmilha mingħajrkom,” huwa qal f’post fuq il-mezzi soċjali lill-kostitwenti tiegħu.
Ftit huma dawk il-Maltin Amerikani li jiddeċiedu li jieħdu r-rota politika fl-Istati Uniti, Is-Sindku Pete Buttigieg rajnieh wieħed mill-kandidati fil-ġirja tal-Partit Demokratiku biex jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali.
View this post on Instagram
“Qatt ma ħsibt li qatt nara kandidat Malti għal president. Missirijietna twieldu Malta. Aħna tkellimna dwar l-ikel, l-imħabba għall-gżira tagħna, u l-oriġini tal-familji tagħna hawn fl-Amerika,” kien qal Darrin meta kien iltaqa’ ma’ Pete Buttigieg u wera s-sapport tiegħu.
Camilleri kien għamel diskors konvinċenti u qawwi li jiddeskrivi l-importanza tal-Malti kemm fl-istorja dinjija kif ukoll dik Amerikana u grazzi għalih id-19 ta’ Settembru 2019 ġie ddikjarat bħala l-Jum tal-Wirt Amerikan Malti.
Instagram / Darin Camilleri