Id-Danimarka Tgħolli L-Età Tal-Irtirar Għal 70 Sena

Bħalissa persuni mid-Danimarka jirtiraw ta’ 67 sena iżda issa għaddew liġi ġdida li għolliet l-età tal-irtirar, ġifieri fis-sena 2040, persuni mid-Danimarka se jirtiraw ta’ 70 sena. Din hi l-ogħla età tal-irtirar fl-Ewropa kollha.

Din il-liġi taffettwa dawn kollha li twieldu wara 31st ta’ Diċembru 1970. Bosta individwi ma qablux ma din il-liġi hekk kif qalu li mhix faċli biex persuni ta’ 70 sena jkunu għadhom jaħdmu, speċjalment meta x-xogħol tagħhom ikun jirrikjedi s-saħħa fiżika.

Il-Maltin bħalissa jirtiraw bejn 61 sa 65 sena, jiddependi mis-sena li jkunu twieldu fiha. Din hi waħda mill-iżgħar età ta’ rtirar fl-Ewropa.

Taħsbu li Malta għandha timxi fuq il-passi tad-Danimarka jew għandna nħallu l-età tal-irtirar kif inhi?

Pexel Free Images







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI