Bir-Ritratt: Il-Ħajja Għal Ira Losco Inbidlet Waħda U Sew Mil-Lejl Għan-Nhar Għax…

Il-ħajja ta’ omm bla ma trid iġġib bidla kbira hekk kif ikollha l-ulied. Il-ħin liberu jonqos u 24 siegħa ma tibqax l-istess għaliha. U kważi, kważi mhux biżżejjed!

Il-kantanta Ira Losco llum il-ġurnata hi omm ta’ tnejn u tħoss id-differenza żgur minn 5 snin ilu għal issa. Fl-2016 kellha l-ewwel wild, lil Harry. Dak iż-żmien kienet esperjenza għall-ewwel darba. Ftit ġimgħat ilu, Ira saret omm għat-tieni darba meta twieldet iċ-ċkejkna Gigi. 

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco)

“Sigħat ta’ rqad għal Gigi: Biss u spiss. Sigħat ta’ rqad għal Ira: Kważi xejn”. Hekk kitbet Ira fuq il-midja soċjali waqt li tefgħet ritratt prezzjuż immens tagħha maċ-ċkejkna Gigi. Fil-fatt huwa veru li meta jkollok tarbija ta’ biss ftit xhur, ikun diffiċli tieħu l-mistrieħ li ssoltu tkun mdorrija tieħu. L-ommijiet żgur li jifhmuha fuq din lil Ira!

Fil-fatt bosta kkummentaw u qalulha kemm jiftkaruhom ċari daqs il-kristall dawk l-ewwel xhur meta saru ommijiet. Ma jonqsux il-kumplimenti ta’ kemm jidhru sbieħ kemm Ira kif ukoll Gigi fir-ritratt!





Xi ġmiel fihom imma!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI