Id-dekan tal-benesseri soċjali tal-Università ta’ Malta, Andrew Azzopardi, rreaġixxa għall-każ riċenti fejn Jeremy J Camilleri kien mhedded online wara programm fuq TVM. Jeremy għamel rapport lill-pulizija dwar it-theddida li rċieva.
“Sewwa għamilt Jeremy,” qal Andrew. “Għax f’dan il-pajjiż il-bullying fuq is-social media sar marda li qed tiblana.”
“Ma tista’ tgħid xejn li xi ħadd ma jaqbilx miegħu li ma nispiċċawx attakkati bl-addoċċ. Mhux nattakkaw l-argument, dak leġittimu u hekk għandu jkun, imma li nattakkaw, ngħeddu, nżebilħu, nikkanċellaw il-persuna – le dik għandna nwaqqfuha.”
“Solidarjetà sħiħa Jeremy u hemm bżonn li jsiru aktar ta’ spissi dawn ir-rapporti.”
Intom x’taħsbu dwar is-sitwazzjoni kurrenti?
Facebook/Andrew Azzopardi